Lażanja Spinola

Riċetta ta' Anton B. Dougall
Din il-lażanja hija mingħajr laħam
Ingredjenti:

  • 400g għaġina tal-lażanja
  • 400g irkotta
  • 2 bajdiet
  • 500g tadam imqaxxar
  • 150g ‘Mozzarella’
  • Tewma
  • 50g margerina
  • 600ml ‘béchamel’
  • Bżar u melħ
  • Tursin imqatta’

Metodu:
1. Qaxxar u qatta’ t-tewm f’biċċiet żgħar. Saħħan il-marġerina u qalli. Qatta’ t-tadam f’biċċiet żgħar ukoll. Żid mat-tewm u kompli sajjar fuq nar baxx għal madwar 10 minuti. Ħejji l-‘bechamel’. Ħallat l-irkotta mal-bajd, bżar, melħ u ftit tursin.
2. Qatta’ l-‘Mozzarella’ f’biċċiet żgħar.
3. Idlek id-dixx bi ftit marġerina. Fil-qiegħ poġġi ftit ‘bechamel’.
4. Fuq il-‘bechamel’ poġġi folji tal-għaġina. Ifrex ftit irkotta, mhux ħafna.
5. Poġġi folji oħra tal-għaġina. Ifrex ftit ‘béchamel’, mhux ħafna, ftit zalza tat-tadam u roxx ftit ġobon ‘Mozzarella’.
6. Poġġi folja oħra tal-għaġin u erġa’ ifrex ftit irkotta. Daqshekk suppost li jkollok biżżejjed. Jekk trid tagħmel saff ieħor, tista’, basta fil-wiċċ tispiċċa bil-‘bechamel’, tadam u ġobon.
7. Ħalli l-lażanja toqgħod sewwa, jekk jista’ jkun minn ġurnata qabel. Sajjar f’forn moderat għal madwar 50 minuta.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK