Lawrence Gonzi jappella għal deċiżjoni għaqlija fid-9 ta’ Marzu

Waqt laqgħa ta’ diskussjoni fil-Għargħur, il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi qal li fil-jiem li ġejjin, il-poplu jrid jiżgura li Malta ma titlifx dak kollu li kisbet tul dawn l-aħħar snin.

Dr Gonzi semma li f’din il-leġislatura nħolqu 20,000 post tax-xogħol u li fil-leġislatura li jmiss mistenni jinħolqu 25,000 post ieħor.

Dwar l-enerġija, il-Prim Ministru qal li gvern Nazzjonalista se jinvesti fl-interconnector biex tingħalaq malajr il-power station tal-Marsa.

Lawrence Gonzi qal li se jaħdem biex persuni LGBT jkunu rikonoxxuti bil-liġi.