Lawrence Cutajar jiltaqa’ ma’ ‘missier’ Theuma fis-sigriet

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar iltaqa’ b’mod sigriet ma’ ‘sieħeb’ Melvin Theuma fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Skont The Sunday Times of Malta,  l-azzjonijiet ta’ Cutajar setgħu ppreġudikaw ix-xogħol tal-investigaturi li kienu diġà fasslu pjan dwar kif kienu se jarrestaw lil Theuma, is-senjar fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-gazzetti rrapportat li Cutajar iltaqa’ ma’ Edwin Brincat, magħruf bħala l-Ġojja mingħajr ma nforma li l-investigaturi f’każ possibilment ta’kollużjoni  bejn il-kummissarju tal-pulizija u wieħed mis-suspettati.

Jidher li meta l-azzjoni ta’ Cutajar ħarġet fil-beraħ, l-ex kummissarju ġie ffaċċjat mill-investigaturi. Minkejja dan, Cutajar reġa iltaqa’ ma’ Brincat it-tieni darba. L-eks Kummissarju stqarr mal-investigaturi li l-laqgħat ma’Brincat kellhom l-għan li jinġbor  iktar informazzjoni dwar il-każ.

Brincat hu meqjus minn Theuma bħal missier putattiv wara li missieru xurban kien assenti tul ħajjtu kollha.