Laudrup viċin li jirtira minn kowċ

L-eks stilla ta’ Juventus u Real Madrid Michael Laudrup f’kumment mal-gazzetta Spanjola Marca qal li ma tantx fadallu bil-karriera ta’ kowċ meta issa dalwaqt jagħlaq 54 sena.
Laudrup ilu 16-il sena jikkowċja meta fi Spanja mexxa lil Getafe u Maiorca qabel ma mar ma’ Swansea fl-Ingilterra.
Eventwalment huwa mar il-Qatar fejn ikkowċja lil Al Duhail u sa mis-sena 2016 qiegħed fi tmun ta’ Al Rayyan. L-objettiv tiegħu issa hu li jagħlaq l-istaġun magħhom ħalli eventwalment jiddeċiedi l-futur tiegħu.
Laudrup issa qed jikkonċentra sabiex iqatta’ aktar ħin mal-familja hekk kif jixtieq igawdi aktar il-mara u t-tfal.