Lascelles fir-radar ta’ West Ham

Id-difensur Ingliż ta’ Newcastle United Jamaal Lascelles qed jinteressa lil West Ham United illi jridu jagħmlu rivoluzzjoni fl-iskwadra matul is-sajf illi ġej.
Minkejja dan l-interess, Lascelles għandu kuntratt illi jorbtu mal-Magpies sas-sena 2023.
Skont dak li kkummentat il-gazzetta Brittanika The Sun, il-Hammers jinsabu lesti sabiex joffru prezz ta’ €17-il miljun ewro sabiex jiksbu s-servizzi ta’ dan il-plejer ta’ 24 sena.
Lascelles ilu ma’ Newcastle sa mis-sena 2014 u lagħab 81 partita filwaqt illi skorja tmien gowls.