Filmat: Lara Azzopardi mil-lejla f’Game Over

Tikber l-istennija għas-sensiela Game Over li se tkun qed tixxandar mil-lejla fil-ħin tad-9pm fuq l-istazzjon One. DIn is-sensiela se titwassal minn DBA Entertainment, l-istess waħda li ttina Division 7 li se tkun qed tkompli minn Marzu li ġej.

Din is-sensiela ġdida se tkun mifruxa fuq 10 episodji u hija miktuba minn Jonathan Azzopardi.

Din is-sensiela timmarka r-ritorna ta’ Lara Azzopardi bħala attriċi f’serje televiżiva. L-aħħar li rajniha kien fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa, għalkemm ma nistgħux ma nsemmux li hija tinterpreta lil Shalajni fil-programm satiriku tat-Take 2 Entertainment, Min Imissu, li jitwassal nhar ta’ Ġimgħa fuq l-istazzjon One.

Minbarra Azzopardi, il-kast kompluta ta’ din id-drama ġdida hija magħmula minn Carlos Farrugia, Mario Gatt, Matthew Sant Sultana, Michela Borg Brincat, Manwel Cucciardi, Clayton Pace, Liam Vella, Jayden John Bonanno, Jonathan Azzopardi, Sinclair Mifsud, Federica Falzon, Mario Cassar, Lisa Vella, Glen Callus, Mariella Muscat, Eliza Dimech u Khaled Riani li nafuh aktar bħala l-“Ginger”.

Din is-sensiela se tkun waħda mimlija azzjoni u l-puntata tal-lejla hi waħda importanti minħabba li se tkun qed tlaqqagħna mal-karattri tas-sensiela li se tkun waħda mexxejja ħafna peress li kollox se jiżvolġu i ftit ġimgħat.

Dan huwa l-ftuħ tas-sensiela Game Over:

Din hija is-sigla ufficjali ta' Game Over!Daqs 3 sieghat ohra jibda l-ewwel episodju, fid-9pm fuq One! Enjoy it ☺️

Posted by DIVISION 7 on Wednesday, January 8, 2020

Jekk għadk ma rajtux, dan huwa t-trejler uffiċjali ta’ din is-sensiela:

Dan huwa it-trailer ufficjali ta' Game Over! Enjoy it 😉Game Over jibda bhal-lum gimgha, 8 ta' Jannar, fid 9 ta' filghaxja, fuq One.Is-Sena t-tajba lil kulhadd!!

Posted by DIVISION 7 on Wednesday, January 1, 2020

Game Over se jixxandar illejla fid-9pm fuq l-istazzjon One.