Laqgħat bilaterali dwar il-Presidenza Olandiża tal-UE

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru Olandiż għall-Finanzi flimkien mas-Segretarju tal-Istat fl-isfond ta’ konferenza dwar il-Presidenza Olandiża tal-Unjoni Ewropea.
Il-laqgħa li saret f’Amsterdam kienet waħda kordjali u t-temi diskussi kienu jinkludu ż-żona ewro u t-taxxa.
Malta tinsab tal-fehma li l-kompetenzi dwar it-taxxa għandhom jibqgħu tal-istat membru.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kkonferma li l-ħeġġa ta’ Malta li tidħol f’diskussjonijiet dwar it-taxxa filwaqt li reġa’ tenna li l-pożizzjoni ta’ pajjiżna u kif id-diskussjoni trid tirrifletti t-trattat tal-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ naħat qablu li kull soluzzjoni trid tiġi implimentata f’medda ta’ żmien.
Matul il-laqgħa, ġew diskussi wkoll il-kompetittività u s-sitwazzjoni ekonomika taż-żewġ pajjiżi fost l-oħrajn.  

Ritratt: MFIN