Laqgħa urġenti tal-UE dwar il-varjant ġdid tal-Covid-19

EU flags fly outside the European Commission headquarters in Brussels

Read in English.

Il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sejħet laqgħa urġenti tal-iStati Membri tal-UE għall-lumfil-11: 00h biex jiddiskutu rispons ikkoordinat mill-Istati Ewropej dwar il-varjant Covid19 li għadu kemm ġie identifikat fir-Renju Unit.

Din tħabbret mill-kelliem tal-Presidenza Ġermaniża Sebastian Fischer permezz ta’ twitter.

Nhar il-Ħadd, l-ECDC ħareġ il-valutazzjoni dwar it-theddia tal-varjant il-ġdid li oriġina fir-Renju Unit u ġie rrappurtat f’xi pajjiżi tal-UE, inkluża l-Italja.

L-ewwel każ tal-variant il-ġdid tal-Covid-19 rapurtat l-Italja
Varjant tal-Covid-19 jasal fl-Italja wkoll

Numru ta’ pajjiżi issospendew it-titjiriet u l-ivjaġġar mir-Renju Unit. 

Malta, minn naħa tagħha ħabbret li temporanjament ser tintroduċi kwarantina mandatorja ta’ erbatax-il jum għal dawk li jivvjaġġaw mir-Renju Unit. 

Kwarantina mandatory mir-Renju Unit
Min jiġi mir-Renju Unit irid jagħmel kwarantina