Read in English.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jingħaqad ma’ numru żgħir ta’ mexxejja ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li mistennija jiltaqgħu l-Ħadd li ġej biex jiddiskutu l-immigrazzjoni.
Il-Prim Ministru kkonferma fuq Twitter li laqa l-istedina tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker biex il-Ħadd li ġej, xi mexxejja jiltaqgħu f’laqgħa informali u urġenti qabel is-summit Ewropew li huwa ppjanat li jsir il-ġimgħa d-dieħla bejn it-28 u 29 ta’ Ġunju.
Ir-reuters qed jirrapporta li Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Awstrija u xi pajjiżi oħra se jattendu. Qal ukoll li mhux eskluż li magħhom jingħaqdu l-mexxejja tal-Greċja u l-Bulgarija.
Fil-laqgħa, il-mexxejja mistennija jiddiskutu modi ta’ kif l-immigranti ma jimxux minn pajjiż għall-ieħor tal-Unjoni Ewropea wara li jingħataw l-ażil fil-pajjiż li jaslu fih.
Fit-tweet, il-Prim Ministru qal li Malta se tibqa’ konsistenti mal-prinċipji u tħares ‘il quddiem li tikkontribwixxi għad-dibattitu biex issir azzjoni b’risposta kollettiva mill-Ewropej.
I have accepted @JunckerEU invitation for an informal meeting on #migration ahead of #EUCO. #Malta was and will remain consistent with its principles, and looks forward to contribute to the debate and action on a coordinated European response -JM #MigrationEU
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) June 20, 2018