​Laqgħa tal-G7: pass eqreb bejn Trump u Macron

L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea se jibdew djalogu bejniethom dwar il-kummerċ fil-ġimgħatejn li ġejjin. Qal dan uffiċjal Franċiż waqt is-summit tal-G7 li qed isir fil-Kanada.
Is-sieħba kummerċjali tal-Istati Uniti kienu irrabjati ferm għad-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump li jimponi tariffi fuq l-importazzjoni ta’ ħadid mill-Kanada, mill-Unjoni Ewropea u mill-Messiku bħala parti mill-aġenda tiegħu msejħa “L-Amerika l-Ewwel”.
Dan wassal biex uħud mill-pajjiżi irritaljaw billi daħħlu tariffi huma fuq prodotti importati mill-Istati Uniti.
L-istess uffiċjal Franċiż spjega kif intlaħaq qbil dwar il-prinċipju ta’ djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, fejn sostna li anke l-President Donald Trump qabel mal-President Franċiż Emmanuel Macron li se jipprovaw isibu soluzzjoni għal dawn il-kwistjonijiet kummerċjali.