Laqgħa ta’ talb għall-indiema fi żmien ir-Randan

Żmien ir-Randan huwa żmien fejn in-Nisrani jfittex li jindem u jersaq aktar viċin ta’ Kristu. Propju għalhekk, illum se ssir laqgħa ta’ talb għar-Randan fil-Knisja Kattolika Griega tal-Madonna ta’ Damasku fil-Belt Valletta.
Il-laqgħa li qed tiġi organizzata mill-Kunsill Ekumeniku Malti se tibda fis-6:30pm u għandha t-tema: “Indmu. Duru lejn il-Mulej”. Il-kant tal-innijiet ta’ waqt il-laqgħa se jkun immexxi mill-Komunità ta’ Taizé.
Dawn kollha li se jattendu huma mħeġġa jieħdu magħhom silta biblika li tfakkarhom fir-Randan jew li forsi jqisuha bħala mportanti fi żmien ir-Randan.