Laqgħa ta’ informazzjoni għas-sidien li jużaw żwiemel fit-triq

Transport Malta u l-Għaqda Żwiemel u Kultura qed jorganizzaw laqgħa ta’ informazzjoni għas-sidien u d-dilettanti li jagħmlu użu minn żwiemel jew vetturi miġbuda minn żwiemel fit-triq.
Waqt din il-laqgħa se jkunu spjegati l-obbligi l-ġodda li joħorġu mir-Regolamenti dwar l-Użu fit-Triq ta’ Bhejjem u Vetturi Miġbuda minn Bhima.
Il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar fis-7.30 ta’ filgħaxija fis-sala tal-isptar Monte Karmeli fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard.
Aktar informazzjoni dwar din il-laqgħa tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-GĦŻK fuq 99059906, jew mill-Uffiċċju tal-Customer Care ta’ Transport Malta fuq Freephone 80072393 jew billi tintbagħat imejl fuq info.tm@transport.gov.mt.