Il-WHO b’laqgħa ta’ emerġenza dwar il-virus fiċ-Ċina

Passengers wearing masks are seen at Hongqiao International Airport in Shanghai, China January 20, 2020. REUTERS/Aly Song

Read in English.

L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) sejħet laqgħa ta’ emerġenza biex tevalwa s-sitwazzjoni dwar it-tixrid tal-virus li jikkawża tip ta’ pnewmonja, u jekk hemmx lok ta’ emerġenza internazzjonali. 

Il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa Ċiniża kkonfermat li l-virus għadda minn persuna għall-oħra. 

Il-WHO qalet li se tlaqqa’ l-kumitat b’emerġenza biex tevalwa x’miżuri għandhom jieħdu biex jindirizza s-sitwazzjoni. 

Il-virus inxtered f’iktar bliet fiċ-Ċina. Kien hemm ukoll r-raba każ li ġie identifikat barra miċ-Ċina. Il-Gvern Ċiniż qal li se jieħu l-miżuri kollha biex jipprevjeni li jkun hemm tixrid tal-virus u anke biex ma’ jkunx hemm l-iżbalji meta kien hemm is-Sar.