Laqgħa ta’ emerġenza fl-UE dwar is-sitwazzjoni bejn l-Iran u l-Istati Uniti

Germany's Foreign Minister Heiko Maas arrives at a European Union foreign ministers emergency meeting to discuss ways to try to save the Iran nuclear deal, in Brussels, Belgium, January 10, 2020. REUTERS/Johanna Geron

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin fl-Unjoni Ewropea qed jiltaqgħu għal laqgħa ta’ emerġenza rari biex jiddiskutu kif jistgħu jevitaw li jkun hemm kunflitt bejn l-Istati Uniti u l-Iran, peress li pass ħażin minn naħa minnhom jista’ jfisser gwerra u kriżi nukleari.

Mal-Ministri se jingħaqad is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg. L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters tirrapporta li f’din il-laqgħa, il-Ministri jaf jevitaw li jkollhom risposta diplomatika b’saħħitha għalissa. Diplomatiku minnhom qal lil Reuters li x-xewqa tal-Iran li ma tħallix il-kriżi teskala tathom ftit iżjed żmien sakemm jikkalmaw l-affarijiet.

Madankollu, il-Ministru Franċiż Jean-Yves Le Drian wissa li l-Iran jaf ikollu arma nukleari madwar sena jew sentejn oħra jekk il-pajjiż imur lura minn qbil li kellu mas-setgħet tad-dinja fl-2015.

Dawn it-tensjonijiet urew aktar biċ-ċar kemm l-Ewropa tbati biex tinfluwenza kwalunkwe naħa, kemm lill-Iran u kemm lill-Istati Uniti. Ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja qegħdin jippruvaw jagħmlu pressjoni kemm jistgħu fuq l-Iran biex ma jerġax lura mill-patt nukleari li għandu magħhom. Iridu jikkonvinċu lill-Prim Ministru Amerikan Donald Trump ukoll illi huma alleati tiegħu li mhux se jħallu lil Tehran jegħlibhom.

Il-kwistjoni bdiet meta missili Amerikani qatlu lil wieħed mill-kmandanti Iranjani l-iżjed importanti, Soleimani. Minn dakinhar ‘l hawn, l-Iran iddikjara li l-Punent se jkollu jpatti.