Laqgħa storika bejn il-mexxejja taċ-Ċina u tat-Tajwan

Il-mexxejja taċ-Ċina u tat-Tajwan ħadu b’id xulxin f’laqgħat storiċi li qed jittellgħu f’Signapore. Dawn huma l-ewwel laqgħat li qed isiru bejn iż-żewġ mexxejja f’perjodu ta’ iktar minn 60 sena.
Il-President taċ-Ċina Xi Jinping u tat-Tajwan Ma Ying-jeou ħadu b’id xulxin fil-bidu tad-diskussjonijiet bejniethom, moviment li deher bħala wieħed simboliku.
Iċ-Ċina hi tal-fehma li t-Tajwan hi provinċja li xi darba se terġa’ tingħaqad mal-art kontinentali. Minkejja dan, ħafna nies mit-Tajwan jarawha bħala pajjiż indipendenti u jinsabu imħassba minħabba l-influenza li dejjem qed tikber miċ-Ċina.