Laqgħa “regolari” tal-kabinett dalgħodu f’Kastilja

Il-laqgħa tal-kabinett ta’ dalgħodu f’Kastilja ġiet deskritta bħala waħda “regolari.”
Madanakollu mhux magħruf jekk ġewx diskussi d-dettalji ġodda li ħarġu dwar il-kumpaniji fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Quddiem Kastilja, qabel il-laqgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li m’għandu xejn xi jżid ma’ dak li diġà qal, u li se jqis il-fatti kollha fid-dawl tal-aħħar żviluppi.