Laqgħa oħra bejn il-PM Malti u l-PM Libjan

Il-Libja reġgħet iddikjarat l-impenn tagħha li tikkolabora ma’ Malta fil-qasam tal-enerġija.

Waqt laqgħa fi New York, fejn iż-żewġ delegazzjonijiet qed jattendu għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan komplew jiddiskutu t-triq ’il quddiem bejn iż-żewġ pajjiżi.

Dan wara l-ftehim iffirmat ftit tal-ġimghat ilu f'Malta li permezz tiegħu Malta se tkun jista’ jixtri petrol, diesel, jet oil u gass taċ-ċilindri bi prezz imraħħas.

Dr Muscat qal li l-ftehim mal-Libja se jagħti nifs lill-Korporazzjoni Enemalta u l-Memorandum of Understanding li sar maċ-Ċina se jgħin lill-Malta biex għall-ewwel darba tesporta l-enerġija.

Ġiet diskussa wkoll il-ħidma li qed issir bejn iż-żewġ naħat għat-tneħħija tal-iffriżar tal-assi Libjani f'Malta. 

 

Ritratti: DOI – Omar Camilleri