Aġġornata: Minn għada 10,000 suldat se jgħassu l-aktar żoni sensittivi fi Franza

10,000 suldat Franċiż se jkunu qed iwettqu ħidma fl-aktar żoni sensittivi  fil-pajjiż. Barra minn hekk eluf ta’ pulizija se jintbagħtu qrib l-iskejjel Lhud.
Din id-deċiżjoni ttieħdet dalgħodu fil-laqgħa li l-President Franċiż Francois Hollande kellu mal-kabinett Franċiż, il-Pulizija u l-Armata. 
Il-Ministru tad-Difiża Franċiż qal li s-suldati se jintbagħtu f’dawn iż-żoni minn għada.
Dan bil-għan li tiżdied is-sigurtà wara l-attakki mdemmija f’Pariġi, fuq l-uffiċini tar-rivista satirika Charlie Hebdo u l-attakki fuq uffiċjali tal-pulizija u s-supermarket kosher li ħallew 17-il vittma.