Laqgħa mill-KDŻ għall-istudenti Għawdxin f’Malta

Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) f’Għawdex se torganizza laqgħa għall-istudenti Universitarji Għawdxin kollha li jgħixu Malta.

Din il-laqgħa se ssir b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) nhar il-Ħamis 11 ta’ Ottubru fis-7.30pm fl-Oratorju tal-MSSP f’Birkirkara.

Għal iktar dettalji wieħed jista’ jċempel lil Fr Mark fuq 99228367.

Il-KDŻ tagħti għajnuna lill-adolexxenti, liż-żgħażagħ u lill-animaturi tagħhom.