Laqgħa kordjali bejn il-Gvern, l-FKNK u Bird Life Malta

Uffiċjali Għolja mill-Bird Life Malta u mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti matul il-jum tal-Erbgħa kellhom laqgħa kordjali mal-Ministru għall-Ambjent, Leo Brincat u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes.

Waqt il-laqgħa, l-uffiċjali miż-żewġ għaqdiet esponew l-ideat tagħhom fuq l-infurzar effettiv tal-liġijiet dwar il-kaċċa f’Malta mingħajr iżda ma ddibattew il-pożizzjoni tagħhom.