Laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew f’Malta wara l-Valletta Summit

Fi tweet, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk sejjaħ għal laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew, li għandha tittella’ f’Malta wara l-Valletta Summit.
Sostna li l-azzjoni għandha titħaffef ftit jekk irridu nevitaw l-agħar xenarju.
Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fi tweet ukoll qal li Tusk infurmah bix-xewqa tiegħu.
F’ittra ta’ stedina lill-membri kollha tal-Kunsill Ewropew, Tusk innota li l-laqgħat tal-kunsilli f’Settembru u Ottubru għandhom l-agħan li jiżviluppaw pjan komprensiv Ewropew għall-kriżi tal-immigrazzjoni u riżultati pożittivi.
Stqarr li minkejja dan, ir-rata ta’ immigrazzjoni kompliet b’pass mhux mistenni u wħud mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea introduċew miżuri differenti ta’ fruntieri interni taż-żona Schengen.