Laqgħa għal min ibati bl-IBD

Il-Malta Association of Crohn’s and Colitis (MACC) se tlaqqa’ l-Laqgħa Ġenerali Annwali (LĠA) tagħha nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Marzu 2018  fis-7.00pm, fis-Sala prinċipali taċ-Ċentru Parrokkjali tal-Knisja ta’ Santa Marija f’Birkirkara.
Din ser tinkludi preżentazzjoni minn Dr John C Schembri, Higher Specialist Trainee fil-Mediċina Interna fl-isptar Mater Dei dwar “L-irwol tal-biosimilars u biologics ġodda fil-kura ta’ l-IBD (Inflammatory Bowel Disease) mill-perspettiva tal-pazjent”.
Kull min hu interessat huwa mħeġġeġ jattendi u jieħu sehem attiv fid-diskussjoni għal benefiċċju tagħhom u tal-pazjenti Maltin li jbagħtu mil-IBD u l-qraba tagħhom. Wara t-taħdita, dawk il-preżenti se jkunu mistiedna jistaqsu xi mistoqsijiet relevanti mas-suġġett.
Wieħed jista' jipparkja fil-car park imdaqqas biswit iċ-Ċentru Parrokkjali li qiegħed fuq ix-xellug tal-Knisja Parrokkjali. 
Għall-aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lil MACC fuq l-imejl: info@macc.org.mt jew ċemepl: 99303964