Laqgħa għal għarrieda fl-aħħar episodju ta’ Iż-Żagħka

Illum It-Tnejn 16 ta’ Marzu 2020 se jixxandar l-20 episodju ta’ Iż-Żagħka, l-aħħar episodju fiċ-ċirkostanzi preżenti. 

Ħafna mix-xeni tal-lum huma bbażati fl-1954, u l-protagonisti huma Sina u Angela. Imma x’se jiġrilha Sina? Thelma, waħda min-nisa fid-dar, x’se tkun qed tagħmel ma’ Leli u x’inhu l-għan ta’ Leli?

Fi żjara għal għarrieda Lara taffronta lil missierha. X’tip ta’ tmiem se jkollha din l-hekk imsejħa laqgħa?

Iż-Żagħka jixxandar fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net.