
Read in English.
Il-President Tork Tayyip Erdogan u dak Russu Vladimir Putin ser jiltaqgħu nhar il-Ħamis fid-dawl tal-kriżi fis-Sirja.
Dan kien ikkonfermat mill-Presidenza Torka, li fi stqarrija intqal li din iż-żjara ta’ ġurnata ser tkun qed tiddiskuti l-eskalazzjoni fit-tensjoni bejn il-gvern ta’ Ankara u Moska u l-ġlied f’Idlib.
Fi tmiem il-ġimgħa 33 suldat Tork inqatlu f’attakki mill-forzi Sirjani, appoġġjati mir-Russja. Din wasslet biex ikun kontro-offensiva mit-Turkija kontra l-istess forzi Sirjani.