Laqgħa bejn l-Awtoritajiet Maltin u Libjani dwar il-qagħda fil-Libja

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li tinsab għaddejja laqgħa importanti bejn il-Gvern Malti, l-Ambaxxatur Malti għal-Libja, il-Konsli u rappreżentanti mill-Awtoritajiet Libjani.
Jirriżulta li r-rappreżentanti Libjani waslu Malta aktar kmieni dalgħodu u kienu skortati minn membri tal-Malta Secret Service u l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
Għal din il-laqgħa qed jattendu wkoll uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Huwa mifhum li din il-laqgħa tikkonċerna l-qagħda preżenti fil-Libja, li kulma jmur qed tiggrava.