Laqgħa bejn il-Maltin u t-Taljani dwar l-inċident fejn mietu 29 immigrant

Ilbieraħ f’Malta saret laqgħa mill-Aġenzija Ewropea, il-Eurojust, dwar l-inċident li seħħ ix-xahar li għadda fejn 29 immigrant irregolari ddaħħlu Malta mejta fuq il-lanċa li kienu fuqha.
Immigranti oħra li kienu ħajjin fuq l-istess lanċa ddaħħlu Messina, l-Italja.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hawn Maġistrat Taljan mill-uffiċċju tal-Eurojust fl-Italja, żewg Maġistrati mill-Prokura Taljana, f’Messina u d-deputat Questore ta’ Messina. 
Kien hemm preżenti wkoll il-Maġistrat inkwerenti Dr Aaron Bugeja, ir-rappreżentant tal-Eurojust Malta, kif ukoll uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija Maltija.
L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.