Laqgħa bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Isqof t’Għawdex wara l-ewwel xhur tagħhom

Bernard-Grech-Isqof-Anton-Teuma
Facebook

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-Isqof t’Għawdex Anton Teuma kellhom laqgħa wara l-ewwel xhur ta’ ħidma tagħhom, peress li t-tnejn li huma m’ilhomx wisq fil-kariga rispettiva tagħhom.

Fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista xerred ritratt tiegħu ma’ Mons. Anton Theuma u qal li ħa pjaċir jiltaqa’ miegħu biex jiddiskutu l-ewwel xhur tagħhom fil-karigi.

Grech qal ukoll li apprezza l-messaġġ tal-Isqof favur il-familja. Temm jgħid, “Ninsab kommess li bħala partit naħdmu favur soċjetà aktar ġusta fejn il-bniedem ikun fiċ-ċentru tal-ħidma u l-politika li nħaddnu.”

Kien ta' pjaċir għaija li niltaqa' mal-Isqof ta' Għawdex l-E.T. Dun Anton Teuma fejn flimkien tkellimna dwar l-ewwel…

Posted by Bernard Grech on Saturday, December 5, 2020

Fl-ewwel diskors li għamel f’Għawdex il-Ħadd li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni sellem lill-Isqof t’Għawdex Anton Teuma u sejjaħlu persuna “umli” u “tan-nies,” li diġà seraq qalb in-nies u qed jagħti wiċċ ġdid u opportunità ġdida lill-Knisja f’Għawdex u f’Malta.