Laqgħa bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar il-Presidenza Ewropea

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Kunsill Ewropew 2017 Ian Borg kellu laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Antoine Borg, fejn fiha ġiet diskussa il-ħidma tal-gvern marbuta mal-preparamenti meħtieġa.
Fost l-oħrajn tkellmu dwar il-laqgħa li se ssir fi Bratislava fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, bejn r-rappreżentanti tal-Olanda, is-Slovakkja u Malta.  Dawn huma t-tliet pajjiżi li se jkunu qed jippresiedu l-Kunsill Ewropew bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017.  
Ian Borg informa lil Antoine Borg li waqt il-laqgħa se jiġi diskuss il-programm ta’ ħidma.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut