Laptops tal-Apple f’riskju li jlaqqtu virus li ma jitneħħiex

Il-laptops tal-Apple huma f’riskju li jiġu infettati b’virus li ma jkunx jista’ jitneħħa.
Esperti qalu li nstab mod kif wieħed jinstalla codes malizzjużi fuq ċippa żgħira fuq il-macs, li m’hemmx mod kif jitneħħa, lanqas jekk tinbidel il-hard disk.
Dan il-virus li qed jissejjaħ Thunderstrike, jippermetti lill-hacker ikollu aċċess għas-sistema għall-ftit mumenti.
Peress li hu virus ġdid, s’issa m’hemm l-ebda software biex jiġi evitat li jidħol fil-macs.
Hu mifhum li t-Thunderstrike qed jitqiegħed fir-ROM u mhux fil-hard disk.  Madanakollu l-virus jista' jiġi installat biss jekk b'xi mod jew ieħor il-laptop jispiċċa f'idejn il-hacker.