​Laporte pass ‘l bogħod minn Man City

Il-plejer Franċiż ta’ 23 sena AymericLaporte huwa pass bogħod milli jissieħeb ma’ Manchester City.
Dan ġie mħabbar mis-sit Taljan li jispeċjalizza fis-suq tat-trasferimenti tuttomercatoweb.it illi żied jgħid illi fadal biss l-aħħar ftit dettalji sabiex il-plejer ta’ Athletic Bilbao ikun parti mill-iskwadra mmexxija minn Pep Guardiola.
Dan l-istess sit qed jirrapporta illi s-Citizens saħansitra lesti li jippreżentawh nhar it-Tlieta illi ġej sabiex ġurnata qabel jagħmel it-testijiet mediċi.
Is-somma illi qed tissemma’ li se jdaħħlu Athletic Bilbao hi dik ta’ €65 miljun bit-tim Ingliż illi se jiddepożitaw din iċ-ċifra nhar it-Tnejn illi ġej.
Laporte ilu mal-klabb Bask sa mis-sena 2012 fejn lagħab 161 partita u skorja 7 gowls.