Lanzini jweġġa’ waqt it-taħriġ

L-Arġentin Manuel Lanzini sofra injury f’irkoptu waqt sessjoni ta’ taħriġ li ser iċaħħdu milli jipparteċipa fil-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja.
L-injury ta’ Lanzini hija waħda serja u mistenni jitlef ukoll il-bidu tal-istaġun li jmiss ma’ West Ham United.
Il-kowċ Jorge Sampaoli għadu ma ħabbarx min ħa jieħu post Lanzini fl-iskwadra, b’Mauro Icardi ta’ Inter Milan jittama li jingħata l-oppurtinità li jmur ir-Russja wara li skorja 29 fis-Serie A matul l-2017-18.
L-Arġentini, li rebħu l-kompetizzjoni darbtejn, se jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom kontra l-Islanda fis-16 ta’ Ġunju qabel ma jaffrontaw lill-Kroazja u lin-Niġerja.