Lanqas it-tingiża ma ħassejt – Il-virologu Chris Barbara

Illum huwa t-tieni ġurnata li fiha kompliet tingħata t-tilqima kontra l-Covid-19 fil-gżejjer Maltin. Il-virologu Chris Barbara ħa din it-tilqima. Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-ġurnalist Brian Hansford tefa’ filmat ta’ Barbara jieħu t-tilqima. Fil-kummenti tiegħu Barbara qal li lanqas it-tingiża ma ħass.

Ilbieraħ l-infermiera Rachel Grech mit-Taqsima tal-Mard Infettiv kienet l-ewwel persuna Maltija li ħadet din it-tilqima. Fil-kummenti tagħha hija xtaqet twassal il-messaġġ lill-Maltin biex jieħdu l-vaċċin.

Fil-jiem li ġejjin il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa se jkunu qegħdin jirċievu t-tilqima kif ukoll persuna anzjani i għandom ‘il fuq minn 85 sena.

Waqt il-Konferenza stampa tas-Sibt li għadda l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spejga li għall-ewwel ġimgħat se jiġu mlaqqma mal-2,000 persuna fil-ġimgħa u jiżdiedu għal 20,000 fil-ġimgħa bil-pjan huwa li sas-sajf jitlaqqam il-maġġjoranza tal-popolazzjoni u jintleħaq herd immunity.