Lanqas għomor il-ħabs mhu biżżejjed għax oħti mhux ġejja lura – Sharon Magri

Sharon Magri oħt Caroline Magri, omm ta’ 7 itfal li sfat maqtula mill-eks sieħeb tagħha f’Settembru 2016, spjegat li 30 sena ħabs ifissru 22 sena għax sena l-ħabs hija 9 xhur. Hija staqsiet jekk dawn humiex biżżejjed għal persuna li ħasad il-ħajja t’oħtha, ta’ bint u omm ta’ 7 itfal.

F’post fuq Facebook, Sharon qalet li dawn żgur mhumiex u wara kollox lanqas sentenza ta’ għomor il-ħabs ma kienet tkun biżżejjed għax oħtha mhux ġejja lura. Żiedet li dakinhar li nqatgħet is-sentenza ttamat li dan ikun kapitlu magħluq iżda taf li mhuwiex hekk għax dawk li jafuha jafu li mhux ġejja lura u jridu jitgħallmu jgħixu b’din il-weġgħa.

L-eks sieħeb ta’ Caroline, Djibril Ganiou mit-Togo ġie kkudannat 30 sena ħabs wara li ammetta li qatel magri. Hija kienet instabet b’għonqha mħanxar f’aħħartament f’Ta Ġiorni f’Settembru 2016.

Qtil Caroline Magri: 30 sena ħabs għall-eks sieħeb tagħha