Lanes għaċ-ċiklisti biss fejn il-wisa tippermetti

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi indika li l-lanes għaċ-ċiklisti ttieħdu inkonsiderazzjoni fit-tfassil ta’ Triq il-Kosta biss wara li din tlestiet.
Dan joħroġ minn tweġiba parlamentari li Mizzi ta għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis li staqsa hux se jkun hemm lane li tista’ tintuża miċ-ċiklisti la tkun lesta Triq il-Kosta.
Mizzi qal li l-maġġor parti tax-xogħlijiet fuq Triq il-Kosta huma lesti u lane għaċ-ċiklisti ġiet inkluża fejn l-wisa’ tat-triq kienet tippermetti tali nklużjoni.