Lanċa ġejja u oħra sejra… bla waqfien

Il-probabiltà li jsir il-karnival f’dawn il-jiem dejjem qed tonqos minħabba t-temp.

Iżda jidher li dan ma kienx biżżejjed biex iwaqqaf lill-Maltin u turisti milli jitilgħu Għawdex. Dan biex ovvjament igawdu il-karnival spontanju li joffri n-Nadur.

It-tliet vapuri tal-Gozo Channel għaddejjin bla waqfien biex jaqdu l-kju twil li qed jistenna li jasal fil-gżira tat-tliet għoljiet. Jidher li bħalissa, il-kju jibqa’ sejjer sa Triq il-Marfa.

Ritratti: Karl Wright