Lampuki moqlija biz-zalza tal-kappar

Ingredjenti (għal 2–3 persuni):

  • Lampuka mdaqqsa
  • Ftit dqiq
  • 4 tadamiet
  • 2 mgħaref żebbuġ imqatta’ żgħir
  • 2 mgħaref kappar
  • 6 tewmiet maħkuka
  • Ftit nagħniegħ imqatta’ rqiq (u xi ħxejjex oħra jekk tiggosta)
  • Bżar u melħ
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Ħall aħmar jew abjad

Tħejjija għall-ħuta

  • Qatta’ l-ħuta mnaddfa, mingħajr ras u denb, f’biċċiet żgħar
  • Saħħan it-taġen biż-żejt sakemm iddawwar il-biċċiet tal-lampuka fid-dqiq imħallat bil-bżar u l-melħ.
  • Aqli l-ħuta fuq iż-żewġ naħat sakemm tkun saret sew u warrabha

Għaz-zalza

  • Itfa’ t-tadam għal ftit minuti fi ftit misħun jagħli.
  • Neħħih mill-ilma u itfgħu taħt l-ilma kiesaħ
  • Qaxxru u qattgħu f’biċċiet żgħar
  • Aqli t-tewm fi ftit żejt sakemm jieħu ftit kulur u żid il-kappar u n-nagħniegħ għal ftit minuti.
  • Żid it-tadam, ħawdu u għattih sakemm iz-zalza tibda tbaqbaq.
  • Baxxi n-nar u ħalli z-zalza ttektek mikxufa għal xi kwarta.
  • Żid iż-żebbuġ, il-ħall u ftit bżar, ħawwad u ħallih fuq in-nar sakemm tagħqad.
  • Fil-platt poġġi l-biċċiet tal-lampuka, żid iz-zalza u kompli bi ftit ċips, ħobż tal-Malti frisk u tazza nbid abjad.

Din ir-riċetta meħuda mir-rivista Flimkien.