Lampard jaf ikun appuntat coach ta’ Chelsea

Chelsea ingħataw il-permess biex jitkellmu ma’ Frank Lampard dwar il-post vagant ta’ maniġer tat-tim. Lampard li għandu 41 sena, għamel 13-il sena ma’ Chelsea bħala plejer, u issa jista’ jagħti l-każ li se jkun qed jieħu post l-eks coach Maurizio Sarri li ingħaqad ma Juventus.

Chelsea se jkollhom iħalsu lil Derby County aktar minn €4 miljun jekk jiddeċiedu li jappuntaw lil Lampard bħala l-maniġer il-ġdid tagħhom.