Lampard ipoġġi maż-żgħażagħ tat-tim biex jippreparhom għaċ-Champions League

lampard

Frank Lampard poġġa madwar mejda flimkien ma’ ħames mill-plejers tat-tim tiegħu. Hu ħass il-bżonn li għandu jitkellem magħhom u jispjegalhom is-sinifikat taċ-Champions League. Mhux għax ħadd mill-plejers qatt ma semgħu b’dan kollu.

Hu ħass dan il-bżonn minħabba li ħames plejers mill-iskwadra li rebħu bl-iskor ta’ 5-2 kontra Wolves fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, qatt ma kellhom l-opportunità jilagħbu f’din ix-xorta ta’ kompetizzjoni.

Tammy Abraham, Fikayo Tomori, Mason Mount, Kepa Arrizabalaga u anka Ross Barkley se jkunu qed jagħmlu l-ewwel pass tagħhom f’din ix-xena.

L-eks midfielder ta’ Chelsea Lampard jaf sew xi ssarraf iċ-Champions League. Hu kien rebaħ il-finali kif ukoll tilef finali tul il-karriera tiegħu.