Lakers jonoraw lil-leġġenda tal-NBA: Kobe Bryant

Instagram: CNN

Los Angeles Lakers onoraw lil-leġġenda tal-NBA Kobe Bryant waqt il-logħba li ntlagħbet nhar il-Ġimgħa billi poġġew flokk b’kunjom Kobe fuq kull siġġu. Il-flokkijiet kienu kollha sofor u kellhom in-numru tmienja jew 24 fuqhom.

Din kienet l-ewwel logħba għal Lakers mindu sar l-inċident bil-ħelikopter fejn sfortunatament spiċċa biex tilef ħajtu Bryant. L-inċident ħalla lill-passiġġiera kollha mejta, inkluż bintu Gianna.