Lady Oscar tagħlaq 40 sena

Kien bħal-lum 40 sena li fuq it-televiżjoni Ġappuniż tfaċċa għall-ewwel darba il-cartoons ta’ Lady Oscar.

Kien ispirat mill-komik Versailles no bara (Il-warda ta’ Versailles) ta’ Ryoko Ikeda li kien ħareġ bejn l-1972 u l-1973.

Madanakollu fil-Ġappun din is-sensiela ma kisbitx suċċess u l-ewwel xandiriet tagħha ma komplewx juruhom.

Fl-1978 kien ukoll inħadem film għaċ-ċinema fejn Patsy Kensit kienet interpretat lil Oscar żgħira f’din il-ko-produzzjoni Franċiża – Ġappuniża.

Il-cartoons ta’ Lady Oscar ma kienx suċċess fil-Ġappun iżda fl-Italja kien suċċess kbir meta bdew juruh f’Marzu tal-1982. Tant kien popolari li baqgħu jirrepetuh minn żmien għall-ieħor.