Lady Gaga tiġġieled l-akkuża li kkupjat xi mużika

Bradley Cooper u Lady Gaga f’A Star is Born. Ritratt: Neal Preston/Warner Bros.

Il-kompożitur Steve Rosen akkuża lill-kantanta Lady Gaga li kkupjatlu xi mużika meta kkomponiet id-diska A Star is Born.  Iżda l-avukati tagħha qed isostnu li hi ma kkupjat xejn u dak li qed jagħmel Rosen hu biss biex jisloħilha l-flus.

Diversi mużikoloġisti semgħu ż-żewġ diski u kkonkludew li ma kien hemm l-ebda kkupjar. Intqal ukoll li t-taħlita melodika li tinsab fit-tnejn hija komuni u tinsab fuq mużika miktuba “sekli ilu.” Kelliem għal Lady Gaga, li għandha 33 sena, qal li l-kantanta hi nkurlata b’dawn l-allegazzjonijiet foloz u mhux se ċċedi.

Mark D. Shirian, l-avukat ta’ Rosen, qal li huma kellmu lill-avukati ta’ Lady Gaga u bagħtulhom rapport uffiċjali minn professur tal-mużika li ddetermina li kien hemm xebh kbir fit-temp, fil-melodija, fir-ritmu u fl-armonija. “Sadattant għadna nistennew risposta għal dak li bgħatbilhom,” tenna Shirian.

Orin Snyder, l-avukat ta’ Lady Gaga, ċaħad l-akkużi kollha.

“Ronsen u l-avukat tiegħu jridu jagħmlu kemxa flus minn fuq dahar artista ta’ suċċess,” irribatta. “Din tal-mistħija u ħażina. Infaħħar lil Lady Gaga li għandha l-kuraġġ u l-integrità li tieqaf lil dawn it-tip ta’ nies. Lady Gaga se tiġġieled il-kawża u tirbaħha,” temm jgħid Snyder.