Laboratorju speċjalizzat fil-‘fibre optics’ inawgurat fl-MCAST

L-MCAST inawgura laboratorju speċjalizzat fit-teknoloġija tal-‘fibre optic’ fl-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, bħala parti minn kollaborazzjoni bejn il-Kulleġġ u l-Institute for Fibre Optic Training and Certification tal-Isvezja.

Permezz ta’ dan il-laboratorju, l-istudenti tal-‘ICT networking’ tal-MCAST se jkollhom għodda u apparat avvanzat biex iwettqu taħriġ prattiku fl-aħħar teknoloġiji tal-‘fibre optic’, bl-appoġġ ta’ esperti minn Fibre Optic Valley ta’ Stokkolma, wieħed mill-akbar ċentri ta’ innovazzjoni f’dan il-qasam fl-Ewropa.

L-IFTAC investiet aktar minn €120,000 fl-apparat meħtieġ għal dan il-laboratorju u għat-taħriġ tal-lekċerers li se jkunu qed jiggwidaw l-istudenti. It-taħriġ tal-lekċerers beda fl-2012 u se jkompli fix-xhur li ġejjin.