​Laboratorju jaqa’ mill-ispazju lejn id-dinja

Il-laboratorju tal-ispazju Ċiniż li m’għadux jaħdem, Tiangong-1, inkiser f’ħafna biċċiet meta daħal fl-atmosfera tad-dinja fuq in-Nofsinhar tal-Paċifiku skont rapport fil-midja Ċiniża u tal-Istati Uniti.
Skont l-Uffiċju Ċiniż għall-Inġinerija tal-Ispazju, il-laboratorju daħal fl-atmosfera għall-ħabta tas-1:00am ta’ dalgħodu.
Il-laboratorju Tiangong-1 kien tnieda fl-2011 biex isiru xi esperimenti fl-ispazju. Huwa waqaf jaħdem f’Marzu tal-2016.
L-esperti tħabtu biex ibassru eżatt fejn kien se jinżel dan il-laboratorju.  Ftit mumenti qabel ma niżel, l-aġenzija Ċiniża għall-Ispazju qalet li jista’ jkun li jinżel ħdejn il-Brażil.