“La waqgħet binja u lanqas apparat tal-kostruzzjoni” – Fortina Investments

Miguela Xuereb

Read in English.

Fortina Investments sostniet li la waqgħet binja u lanqas waqa’ apparat tal-kostruzzjoni minn fuq crane fis-sit ta’ Tigné llum waranofsinhar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li kien seħħ inċident fuq is-sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema għall-ħabta tat-3.30pm. Fuq il-post issejħu l-pulizija u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, madanakollu ħadd ma ndarab.

Fi stqarrija, Fortina Investments sostniet li l-inċident kien jinvolvi fi ksur ta’ ‘minkeb’ ta’ distributur tas-siment. Dan il-ksur wassal sabiex jinstema’ ħoss kbir. Sostniet li la l-ħaddiema u lanqas il-binjiet tal-madwar ma kienu f’xi periklu.

Il-kumpanija kompliet billi qalet li trid isserraħ moħħ ir-residenti li l-istandards tas-sigurtà u l-benessri tal-impjegati tagħha huma ta’ prijorità.