“La jien midinba u lanqas qaddisa” – Ira Losco

Read in English.

F’mossa mhux tas-soltu fil-qasam tal-mużika, Ira Losco ħarġet album doppju bit-titlu “No Sinner, No Saint”. Kull album fih 11-il silta u bonus track fit-tmiem.

Losco qalet li l-album huwa manifestazzjoni ta’ ħajjitha. “La jien midinba u lanqas qaddisa, però nilgħabha ta’ ftit mit-tnejn f’sitwazzjonijiet differenti f’ħajti” temmet tgħid Losco.

Ir-repertorju jinkludi sitt studio albums, żewġ remix albums, DVD, ktieb fotografiku ta’ 400 paġna u 2 EPs. Hija wkoll l-ambaxxatriċi ta’ Malta ta’ xarba popolari u tirrappreżenta lil Malta fis-silta uffiċjali tal-FIFA World Cup ukoll.