Il-WHO bi cluster ta’ każijiet ta’ COVID-19

147th session of the WHO Executive Board, Geneva, Switzerland, 16 November 2020 (resumed)The 147th session of the WHO Executive Board was held virtually.WHO Director-General, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus.

Read in English.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) nhar it-Tnejn ħabbret li mill-bidu tal-pandemija s’issa, kellha 65 każ ta’ infezzjoni ta’ coronavirus fost l-impjegati tagħha fil-kwartieri f’Ġinevra u li bħalissa tinsab qed tinvestiga l-possibiltà li jista’ jkollha cluster żgħir ta’ każijiet.

Maria Van Kerkhove technical lead għal COVID-19 fi ħdan il-WHO, qalet li ħames impjegati instabu pożittivi matul il-ġimgħa li għaddiet filwaqt li żiedet tgħid li “kollha jinstabu tajbin, il-marda tagħhom hija waħda ħafifa jew huma asintomatiċi.” 

Mike Ryan, l-ogħla espert fl-emerġenza ta’ WHO qal li t-territorji Svizzeri ta’ Ġinevra, fejn tinsab l-aġenzija tas-saħħa tal-Ġnus Magħquda, u t-territorju ta’ Vaud “huma fost it-territorji bl-iżjed trażmissjoni intensa fid-dinja bħalissa.” 

“Sa fejn jien infurmat, il-cluster li qed ikun investigat, huwa l-ewwel evidenza ta’ trażmissjoni potenzjali fuq is-sit ta’ WHO, għaldaqstant ma nistgħux inħarsu lilna nfusna b’mod sħiħ mill-impenji tagħna, kemm dawk soċjali, familjari jew dawk marbutin ma’ l-iskejjel, fost l-oħrajn.”

Id-Direttur Ġenerali ta’ WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus nhar it-Tnejn reġa lura għax-xogħol mill-kwarantina wara li kien ġie identifikat f’kuntatt ma’ xi ħadd li ttestja pożittiv għall-COVID-19.

“Ħassejtni tajjeb, u bl-ebda sintomi. Din hija s-sbatax-il ġurnata issa. Imxejt mal-protokolli kollha. Minħabba li ma kelli l-ebda sintomi u minħabba l-fatt li kont qed insegwi l-protokolli kollha, ma ħassejtx il-bżonn li nittestja ruħi. Nassigurakom li ninstab tajjeb u attwalment. Għandi ħafna u ħafna x’nagħmel!,” qal Tedros.