L-użu tal-marijuana anke jekk legalizzat jibqa’ dnub

marijuana

Read in English.

L-Isqfijiet Kanadiżi qed iwissu li anke jekk f’Ottubru li ġej l-użu tal-marijuana jkun legalizzat għal skop ta’ rikreazzjoni, f’għajnejn il-Knisja xorta jibqa’ dnub.

Bl-eċċezzjoni tal-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali, il-konsum tal-marijuana jmur kontra l-virtù tat-temperanza u għandu jkun evitat.  Il-virtù tat-temperanza kif spjegata fil-katekiżmu tal-Knisja Kattolika jitlob minna biex nevitaw kull tip ta’ eċċessi: ikel, tabakk, alkoħol u mediċini. B’mod partikolari, il-katekiżmu jenfasizza li l-użu ta’ kull tip ta’ droga, ħlief għal skopijiet terapewtiċi, hu offiża gravi għax id-drogi jagħmlu ħsara kbira lis-saħħa u lill-ħajja umana.

L-użu ‘rikreattiv’ ta’ sustanzi – kemm jekk marijuana jew drogi oħra – hu abbuż mis-sustanzi li jgħin lil min jeħodhom biex jaħrab l-isfidi tal-ħajja, qal l-Arċisqof ta’ Ottawa Terrence Prendergast.