L-użu tal-maskri obbligatorju fl-Italja

REUTERS/Jennifer Lorenzini

Il-Parlament Taljan qed jiġi mitlub japprova il-ftehim li ntlaħaq mill-Kabinett tal-Gvern ta’ Conte biex jidħlu fis-seħħ miżuri ta’ restrizzjonijiet ġodda fil-pajjiż. 

Fost il-miżuri li kien hemm qbil dwarhom kien hemm l-ilbies obligatorju tal-maskri fil-pubbliku. Miżuri simili diġa ġew adottati minn numru ta’ reġjuni. 

Ir-reġjun ta’ Lazio beda jimplimenta din il-miżura fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Numru ta’ restrizzjonijiet oħra mistennija jibdew jiġu mplimentati fil-ġimgħat li ġejjin. 

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte insista li minkejja dawn ir-restrizzjonijet, il-gvern qed jeskludi li jimponi lockdown totali fil-pajjiż. 

Il-miżuri jinkludu għeluq kmieni tar-ristoranti, bars, u clubs. Ser ikun hemm restrizzjonijiet oħra fuq l-ammont ta’ nies li jattendu għal festini familjari. 

Il-Ministru tal-Edukazzjoni qed jeskludi li jkun hemm lockdown sħiħ, madanakollu qal li l-gvern irid jintroduċi miżuri ta’ nfurzar iktar effettivi.