L-Unjoni Ewropea tista’ tispiċċa bla fondi

Aktar tard din is-sena, l-Unjoni Ewropea mistennija tispiċċa bla fondi. Iċ-chairperson tal-kumitat tal-baġit tal-Unjoni Ewropea Alain Lamassoure sostna li l-proposta biex jitħallas biss parti mid-dejn tal-Unjoni Ewropea li jammonta għal aktar minn €16 -il biljun li ntirtu mis-sena li għaddiet se tkun ta’ theddida għas-sena finanzjarja preżenti.

Hu kompla jgħid li fiż-żmien fejn il-kredibiltà dejjem tiġi diskussa, wieħed ma jsitax jitkellem fuq baġit ta’ seba’ snin meta lanqas biss tħallas il-kontijiet tas-sena preċedenti.

Matul is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni, l-Parlament u l-Kunsill qablu li jitħallsu l-kontijiet kollha li tħallew fl-istess sena.

Hu mifhum li l-membri parlamentari ewropew qablu li m’għandux ikun negozjat il-baġit li jmiss qabel ma d-dejn tal-Unjoni Ewropea jkun solvut, bil-parlament ewropew issa mistenni jivvota fuq il-baġit emendat ladarba l-kunsill jagħti l-pożizzjoni tiegħu.