L-UE taqbel ma’ estensjoni għal Brexit sa Jannar

September 22, 2019. REUTERS/Jon Nazca

Read in English.

L-Unjoni Ewropea qablet mat-talba tar-Renju Unit għal estensjoni ta’ Brexit sal-31 ta’ Jannar 2020.

Dan tħabbar fuq Twitter mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

Skont il-BBC, ir-Renju Unit ikun jista’ jitlaq qabel Jannar jekk il-ftehim jiġi approvat mill-Parlament.

Din id-deċiżjoni ġiet fl-istess perjodu li fih l-MPs qed jippreparaw biex jivvotaw fuq proposti tal-PM Boris Johnson għal elezzjoni ġenerali bikrija fit-12 ta’ Diċembru.

L-SNP u l-Lib Dems ipproponew elezzjoni fid-9 ta’ Diċembru.